Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Marċ tas-Sibt Filgħodu

September 9 @ 10:00 am - 3:00 pm

Fl-10.15am Il-Banda tas-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ tieħu sehem fiċ-ċerimonja tat-Tberik tal-Baned mill-Kappillan fuq iz-zuntier tas-Santwarju. Kif titbierek il-Banda, tinħaraq Kaxxa Infernali mill-għalqa ta’ Triq il-Labour. Wara, il-Banda tinżel lura sal-Każin permezz ta’ Innijiet Marjani.

Fil-11.00am Il-Banda tas-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ tagħmel il-famuż Marċ tat-Te Deum akkumpanjat mill-Kannizzata u Briju meraviljuż maħdum mill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ tal-Grazzja. Il-marċ se jgħaddi minn dawn it-toroq: Triq is-Santwarju minn quddiem il-Każin, Triq il-Kbira, Triq il-Biċċieni, Triq Santa Domenica, Triq Santa Theresa, Triq Lia, Triq Felice, Triq l-Iskola, Triq il-Qalb Imqaddsa u Triq is-Santwarju sal-Każin.

Details

Date:
September 9
Time:
10:00 am - 3:00 pm